Arkitett

Arkitett fl-1893

Arkitett huwa persuna li tippjana, tiddisinja u tissorvelja l-kostruzzjoni tal-binjiet.[1] Il-prattika tal-arkitettura tfisser li wieħed jipprovdi servizzi marbuta mad-disinn tal-binjiet u l-ispazju fi ħdan sit madwar il-binjiet li jkunu joqogħdu fihom il-bnedmin jew jintużaw minnhom prinċipalment.[2] Etimoloġikament, it-terminu “arkitett” joriġina mil-Latin architectus[3], li ġej mill-Grieg[4] (arkhi-, kap/ewlieni + tekton, bennej, jiġifieri, kap bennej jew bennej ewlieni).[5]

Skont l-abbozz ta’ liġi ta’ Malta Nru 163 tad-9 ta’ Ottubru 2020, it-titli “arkitett” u “perit” jistgħu jintużaw b’mod interkambjabbli. Madankollu, teknikament mhux kull perit huwa neċessarjament arkitett, ladarba jista’ jkun hemm perit arkitett (bil-warrant apposta skont il-liġi) u perit inġinier (li ma jkunx arkitett).[6]

Ir-rekwiżiti professjonali għall-arkitetti jvarjaw minn post għall-ieħor. Id-deċiżjonijiet ta’ arkitett jaffettwaw is-sikurezza pubblika, u b’hekk arkitett irid ikun għamel taħriġ speċjalizzat li jikkonsisti minn edukazzjoni avvanzata[7] u esperjenza prattika qabel ma jingħata liċenzja jew warrant biex jipprattika l-arkitettura. Ir-rekwiżiti prattiċi, tekniċi u akkademiċi biex wieħed isir arkitett ivarjaw skont il-ġurisdizzjoni, għalkemm l-istudju formali tal-arkitettura fl-istituzzjonijiet akkademiċi kellu rwol ċentrali fl-iżvilupp tal-professjoni b’mod kumplessiv.

  1. ^ "What's the difference between an architect and a building designer?". BUILD (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-09.
  2. ^ "Architects Act". web.archive.org. 2011-07-31. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-07-31. Miġbur 2021-07-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "Etymology in Architecture: Tracing the Language of Design to its Roots". ArchDaily (bl-Ingliż). 2018-07-30. Miġbur 2021-07-09.
  4. ^ "The Meaning of the Word Architect | The History of Design-Build". New England Design & Construction (bl-Ingliż). 2019-10-24. Miġbur 2021-07-09.
  5. ^ "Online Etymology Dictionary". web.archive.org. 2011-04-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-04-24. Miġbur 2021-07-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ "Bill 163 - Gov.mt" (PDF).
  7. ^ Czcibor-Piotrowski, Andrzej (2000). "The Profession and Discipline of Architecture: Practice and Education". Discipline of Architecture. University of Minnesota Press. p. 293. ISBN 978-0-8166-3665-5.

From Wikipedia, the free encyclopedia · View on Wikipedia

Developed by Tubidy