Insettivoru

Mostru gila, tip ta' gremxula eżempju ta' rettilu Insettivoru

Insettivoru (mil-Latin "nsectum" - insetti li tfisser insett u "vorare" - -voru li tfisser taħtaf u tibla l-ikel), huwa definit bħala annimal b' dieta li tkun tikkonsisti primarjament jew esklużivament mill-insetti u annimali żgħar oħrajn (eżempju brimb u skorpjuni). Annimali li jieklu primarjament jew esklużivament insetti, jissejħu insettivori obligati.

Il-kelma tirreferi ukoll għal mammiferi ta' l-ordni Insectivora (li llum il-ġurnata huwa maqsum f' bosta ordnijiet), li numru minnhom inzerta jiekol l-insetti iżda mhux kollha u bħal ma hemm ħafna speċi ta' l-ordni Carnivora li huma omnivori (u 2 minnhom il-panda ġgant u l-panda ż-żgħir jew il-panda l-aħmar huma erbivori), tant ieħor hemm membri tal-ordni Insectivora li ma jieklux insetti.

L-Insettivori bħal pixxivori huma annimali karnivori speċjalizzati u bħal ma' dawn ta' l-aħħar jispeċċjalizzaw fil-konsumazjoni primarja jew esklużiva tal-ħut, l-insettivori jispeċjalizzaw fil-konsumazjoni primarja jew esklużiva ta' l-insetti.

Hemm ukoll kemm il-ġeneru u ftit mijjiet ta' speċi ta' pjanti insettivori. Dawn ġeneralment jikbru f' ħamrijja fqira minn nitroġenu u b' hekk biex ipattu għal dan in-nuqqas jikkunsmaw l-insetti. Teknikament dawn mhumiex insettivori obligati, għax jistgħu jikkunsmaw, kull annimal żgħir li kapaċi jinqabbad fin-nassa tagħhom. Fl-akbar speċi ta' pjanti insettivori instabu kemm il-darba roditturi u rettili żgħar.


From Wikipedia, the free encyclopedia · View on Wikipedia

Developed by Tubidy