L-Amerika ta' Fuq

L-Amerika ta' Fuq
Erja 24,709,000 km2
Popolazzjoni 579,024,000
Densità tal-popolazzjoni 22.9/km2
PGD (nominal) $24.88 triljun[1]
PGD (PPP) $26.55 triljun[2]
PGD per capita $49,430[3]
Demonimu abitant tal-Amerika ta’ Fuq
Pajjiżi 23 stat sovran
Dipendenzi 23 territorju mhux sovran
Lingwi Ingliż, Spanjol, Franċiż, u bosta oħrajn
Żoni tal-ħin UTC-10 sa UTC
L-ikbar bliet

Lista taż-żoni urbani:[4]

  • il-Belt ta’ New York
  • il-Belt tal-Messiku
  • Los Angeles
  • Chicago
  • Boston
  • Toronto
  • Dallas–Fort Worth
  • iż-Żona tax-Xatt ta’ San Francisco
  • Houston
  • Miami
  • Philadelphia
Kodiċi NU M49

003 – l-Amerika ta’ Fuq

019 – l-Amerki
001 – id-Dinja


Mappa tal-Amerka ta' Fuq bil-karatteristiċi fiżiċi, politiċi u tal-popolazzjoni fl-2018

L-Amerika ta' Fuq (jew l-Amerka ta' Fuq) hija kontinent li jinsab kollu kemm hu fl-Emisferu tat-Tramuntana u kważi kollu fl-Emisferu tal-Punent. Tista' tiġi deskritta wkoll bħala s-sottokontinent ta' fuq miż-żewġ Amerki. Ma għandhiex tiġi konfuża mat-Tramuntana tal-Amerka li tirreferi għall-Istati Uniti u mhux għall-kontinent. Fit-Tramuntana tal-Amerka ta' Fuq hemm l-Oċean Artiku, fil-Lvant hemm l-Oċean Atlantiku, fil-Lbiċ hemm l-Amerka t'Isfel u l-Baħar Karibew, u fil-Punent u fin-Nofsinhar hemm l-Oċean Paċifiku. Madankollu, Greenland, peress li tinsab fuq il-Plakka Tettonika tal-Amerka ta' Fuq, spiss tiġi inkluża bħala parti mill-Amerka ta' Fuq ġeografikament.

L-Amerka ta' Fuq tkopri madwar 24,709,000 kilometru kwadrat ta' art, madwar 16.5 % tal-art tad-Dinja u madwar 4.8 % tas-superfiċe totali tagħha. L-Amerka ta' Fuq hija t-tielet l-ikbar kontinent bħala art, wara l-Asja u l-Afrika, u r-raba' bħala popolazzjoni, wara l-Asja, l-Afrika u l-Ewropa. Fl-2013, ġie stmat li l-popolazzjoni tagħha kienet kważi 579 miljun persuna fi 23 stat indipendenti, jew madwar 7.5 % tal-popolazzjoni dinjija, jekk jiġi inklużi l-gżejjer viċini (l-iktar dawk ta' madwar il-Karibew).

L-ewwel popolazzjonijiet umani laħqu l-Amerka ta' Fuq matul l-aħħar perjodu glaċjali, billi qasmu l-art definita attwalment bħala Berinġja madwar 40,000 sa 17,000 sena ilu. L-hekk imsejjaħ perjodu Paleo-Indjan jitqies li dam sa madwar 10,000 sena ilu (il-bidu tal-perjodu Arkajku jew Meso-Indjan). L-istadju klassiku kien bejn wieħed u ieħor mis-sekli 6 sa 13. L-era pre-Kolombjana ntemmet fl-1492, bil-bidu tal-migrazzjonijiet Transatlantiċi ta' insedjaturi Ewropej matul Żmien l-Iskoperti u l-perjodu modern bikri. Madankollu, l-ewwel referenzi Ewropej li qatt ġew irreġistrati rigward l-Amerka ta' Fuq (għajr Greenland) kienu dawk tas-sagi tal-Iskandinavja Antika fl-1000 W.K. bl-isem ta' Vinland. Ix-xejriet kulturali u etniċi attwali jirriflettu l-interazzjonijiet bejn il-kolonjalisti Ewropej, il-popli indiġeni, l-ilsiera Afrikani, l-immigranti u d-dixxendenti ta' dawk il-gruppi.

Minħabba l-kolonjalizzazzjoni Ewropea tal-Amerki, il-biċċa l-kbira tal-abitanti tal-Amerka ta' Fuq jitkellmu lingwi Ewropej bħall-Ingliż, l-Ispanjol jew il-Franċiż, u l-kulturi tagħhom is-soltu jirriflettu t-tradizzjonijiet tal-Punent.

  1. ^ ""GDP nominal, current prices" - il-Fond Monetarju Internazzjonali". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  2. ^ ""GDP PPP, current prices" - il-Fond Monetarju Internazzjonali". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  3. ^ ""GDP per capita, current prices" - il-Fond Monetarju Internazzjonali". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)
  4. ^ ""Demographia World Urban Areas, 16th Annual Edition 2020.06"" (PDF). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |koawturi= (għajnuna)

From Wikipedia, the free encyclopedia · View on Wikipedia

Developed by Tubidy